Argument b’tazza bejn żewġ tfajliet iwassal biex waħda minnhom tindarab b’mod gravi

Tfajla sofriet ġrieħi gravi f’argument ma’ tfajla oħra f’Paceville. Il-Pulizija kienet informata bl-argument fi stabbiliment fi Triq Santu Wistin għall-ħabta tas-2.15 a.m.

Mill-ewwel investigazzjonijiet tal-Pulizija jirriżulta li l-argument seħħ bejn żewġ tfajliet, it-tnejn ta’ 18-il sena, b’waħda minnhom toqgħod is-Siġġiewi u l-oħra toqgħod Pembroke. Jidher li waqt dan l-argument allegatament intużat tazza.

It-tfajla mis-Siġġiewi marret ġewwa ċentru tas-saħħa fejn ġiet iċċertifikata li sofriet ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Share With: