Arsenal iridu joffru ħlas fir-reġjun ta’ £40m – £50m biex jiffirmaw lil Emiliano Buendia

Arsenal iridu joffru ħlas fir-reġjun ta’ £40m – £50m biex jiffirmaw lill-midfielder ta’ Norwich City, Emiliano Buendia.

B’Mesut Ozil li ngħaqad ma’ Fenerbahce, Arsenal jinsabu fis-suq għall-midfielder kreattiv dan ix-xahar.

Madankollu, huwa mifhum li l-club immexxi minn Mikel Arteta jkollu jonfoq ħafna jekk jixtieq jiffirma lill-playmaker Arġentin.

Dan speċjalment hekk kif il-player innifsu jidher ffukat fuq xogħlu f’Norwich. Huma sejrin verament tajjeb fiċ-Championship fejn jinsabu fuq nett tal-klassifika. Norwich dejjem tqiesu bħala club immexxi tajjeb ħafna b’mudell ta’ negozju sostenibbli. Buendia li għandu 24 sena skorja seba’ goals u pprovda daqstant ieħor ammont ta’ assists fiċ-Championship.

Share With: