Bernard Grech jgħid li Robert Abela ma riedux li jinħatar Kap tal-PN

Il-Kap Nazzjonalista Bernard Grech qal li l-Prim Ministru robert Abela ma riedx li huwa jiġi elett bħala Kap tal-Oppożizzjoni. Huwa qal dan waqt intervista fuq ir-radju tal-Partit Nazzjonalista NET FM.

Grech akkuża lil Abela li bidel il-politika fi ġlieda, u saħaq li l-pajjiż jixraqlu politika aħhar mill-mod ta’ kif qed issir taħt il-Prm Ministru.

Grech għamel referenza għal rapport li deher fuq il-ġurnal tal-Partit Nazzjonalista fejn kien juri t-tħassib dwar id-dikjarazzjonijiet ta’ Abela qabel l-2017.

Huwa żied jgħid li llum il-ġurnata ħareġ b’mod ċar li Abela kellu interessi personali biex huwa ma jinħatarx bħala Kap tal-Partit Nazzjonalista. Dan filwaqt li żied jgħid li l-Prim Ministru kien interferixxa personalment f’tentattiv li jfixklu tul il-kampanja għal mexxej ġdid tal-PN.

Intant Grech għamel referenza wkoll għall-mod kif il-pandemija tal-Covid-19 affettwat ħajjitna. Tenna li s-sena li għaddiet serviet ta’ lezzjoni għal kulħadd, u qal li hija opportunità biex kulħadd jitgħallem kif għandu jtejjeb il-ħajja.

Tenna li fil-pandemija erġajna skoprejna l-valurir tas-solidarjetà u tal-importanza li wieħed iqatta’ l-ħin mal-familja u dawk qrib tagħhom.

Share With: