Bżonn ta’ provvista konsistenti ta’ demm tat-tipi O Negative, A Negative, B Negative u AB Negative

Is-Servizz Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm jixtieq javża li bħalissa għandu bżonn provvista konsistenti tad-demm O Negative, A Negative, B Negative u AB Negative. Għaldaqstant dawk il-persuni f’saħħithom li għandhom xi wieħed minn dawn it-tipi ta’ demm, kemm jekk huma donaturi eżistenti u kemm jekk qatt ma taw demm, huma mħeġġa resqu jagħmlu att ta’ karità mal-morda li ser jiġu bżonn id-demm rari.

Bħala tagħrif ġenerali tajjeb li wieħed ifakkar li kull pazjent li għandu demm Rhesus Negative ma jistax jirċievi demm Rhesus Positive, u li ultimament d-demm tip O Negative hu kompattibbli ma’ kulħadd!

Intant l-għoti tad-demm minn dawk eliġibbli jista’ jsir:

  • fiċ-Ċentru tal-Għoti tad-Demm ta’ Gwardamanġa li jiftaħ KULJUM (7 ijiem fil-ġimgħa) mit-8:00 a.m sas-6:00 p.m.
  • fil-mobile blood donation unit li nhar il-Ħadd 24 ta’ Jannar ser ikun fil-pjazza ta’ quddiem il-Knisja Parrokkjali ta’ Ħal Safi. Il-ħin disponibbli għall-għoti tad-demm ser ikun mit-8:30am sas-1:00pm 

·         fil-Berġa tax-Xewkija li nhar It-Tlieta 26 ta’ Jannar ser tkun disponibbli għad-donazzjonijiet tad-demm mis-1:00 p.m sal-5:00 p.m.

 Noti importanti oħra:

  • Meħtieġ li wieħed iġib il-Karta tal-Identità, jew il-Liċenzja tas-Sewqan jew Passaport Malti, u possibbilment iħajjar lil ħaddieħor jagħti d-demm ukoll.
  • Kulmin ser jersaq biex jagħmel is-swab-test tal-coronavirus jew qed jistenna r-riżultat tiegħu ma jkunx jista’ jagħti demm sakemm joħroġ r-riżultat li hu negattiv għall-virus.
  • Kull min ikun ħa t-tilqima kontra l-COVID-19 irid iħalli 7 ijiem jgħaddi qabel jersaq biex jagħti d-demm.

Share With: