Chairperson ġdid u membri ġodda fil-Bord dwar ir-Relazzjonijiet dwar l-Impjiegi

Il-Ministru fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru Carmelo Abela ħatar erba’ membri ġodda li se jirrapreżentaw lill-Gvern fil-Bord dwar ir-Relazzjonijiet dwar l-Impjiegi.

Dan il-bord konsultattiv ilaqqa’ flimkien il-Gvern flimkien mar-rappreżentanti ta’ min iħaddem kif ukoll mar-rappreżentanti tal-ħaddiema fejn jiġu diskussi materji li għandhom x’jaqsmu mar-relazzjonijiet industrijali u l-kundizzjonijiet tax-xogħol u l-ħaddiema. 

ll-membri ġodda jinkludu liċ-chairperson il-ġdid Dr Tonio Portughese. Miegħu nħatru Dr Cory Greenland, Dr Desiree Cassar u s-Sur Charles Cassar bħala membri fl-istess bord. Il-ħatra tagħhom daħlet b’seħħ mit-13 ta’ Jannar 2021. Il-membri l-oħra tal-bord huma nominati mill-għaqdiet rispettivi.

Il-Ministru Carmelo Abela, filwaqt li awgura lill-membri l-ġodda, irringrazzja lil Dr Anthony Licari, is-Sinjura Doris Pace Grima, is-Sur Michael Sant u l-Professur Edward Zammit għall-ħidma li wettqu f’dan il-bord fis-snin li għaddew. Intant il-Professur Edward Zammit inħatar bħala konsulent tal-Ministru fuq materji marbuta mar-relazzjonijiet industrijali u l-impjiegi.

Dan il-bord għandu quddiemu diskussjonijiet importanti fosthom dwar id-Direttiva tal-UE tal-Work Life Balance u kif din l-istess Direttiva għandha tidħol fil-liġijiet ta’ Malta.

Share With: