Delia jgħid li se jħarrek lil Joseph Muscat u lil Konrad Mizzi biex jitilgħu jixhdu fil-każ tal-Vitals

“Għada f’nofsinhar se nkun qed nħarrek lil Joseph Muscat u Konrad Mizzi sabiex jixhdu fil-kawża tal-Vitals.” Hekk qal l-eks Kap Nazzjonalista Adrian Delia f’kumment fuq il-midja soċjali.

Dan wara li l-eks-Prim Ministru Joseph Muscat u l-eks-Ministru Konrad Mizzi f’Diċembru li għadda ma kinux telgħu l-Qorti biex jagħtu x-xhieda tagħhom fil-każ miftuħ minn Delia fir-rigward tat-trasferiment tat-tliet sptarijiet pubbliċi lil Vitals Global Healthcare.

Dakinhar il-Qorti kienet informata li Muscat kien imsiefer, filwaqt li Mizzi kien jinsab fi kwarantina minħabba li kellu sintomi relatati mal-Covid-19.

Bħala Kap tal-Oppożizzjoni Delia kien fetaħ il-każ biex il-kuntratt li hemm fis-seħħ jiġi null u biex it-tliet sptarijiet jerġgħu jirritornaw taħt il-kontroll tal-istat.

Share With: