€2.7 biljun f’oġġetti illegali maqbuda fl-aħħar ħames snin

Fl-aħħar ħames snin id-Dwana ikkonfiskat €2.7 biljun f’oġġetti li kienu f’Malta b’mod illegali bl-ikbar qabda kienet dik ta’ ‘€1.2 biljun f’pilloli Tramadol suspettati li setgħu kienu se jintużaw fit-terroriżmu.

Il-kumplament tal-qabdiet kienu jikkonsistu f’€927 miljun f’oġġetti negozjati bi ksur ta’ sanzjonijiet, €208 miljun f’oġġetti ta’ kuntrabandu, €179 miljun fi droga, €175 miljun f’tabakk, €2.7 miljun fi flus kontanti u €442,000 f’xorb alkoħoliku.

Fost l-oġġetti ta’ kuntrabandu maqbdu kien hemm ħwejjeġ, bagalji, blalen tal-futbol, arloġġi tal-idejn, nuċċalijiet tax-xemx, telefons ċellulari u aċċessorji tagħhom, logħob elettroniku, kożmetiċi, prodotti tax-xahar, fwejjaħ, ‘toothpaste’ u ‘toothbrushes’, kullari tal-klieb, partijiet tal-karozzi, ġugarelli, mediċini u ħelu.

B’madwar 2.9 miljun oġġett maqbud fl-2020 Malta kienet it-tielet l-iktar pajjiż tal-UE li ikkonfiskat oġġetti li ddaħħlu bil-kuntrabandu wara l-Ġermanja u l-Greċja li l-qabdiet tagħhom kienu ta’ 4.7 miljun u 2.6 miljun rispettivament.

Share With: