Erba’ anzjani jmutu waqt li kienu pożittivi għall-COVID-19

Il-Ministeru għas-Saħħa għadu kemm ikkonferma li erba’ anzjani mietu waqt li kienu pożitivi għall-Covid-19.

Fl-ewwel każ anzjana ta’ 96 sena, li kienet ikkonfermat pożittiva għall-Covid-19 fis-17 ta’ Diċembru, mietet ilbieraħ fil-Good Samaritan Long-term Care Facility.

Fit-tieni każ anzjana ta’ 71 sena, li kienet ikkonfermata pożittiva għall-Covid-19 fl-1 ta’ Jannar, mietet ilbieraħ fl-Isptar Mater Dei.

Fit-tielet każ anzjan ta’ 83 sena, li kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fis-26 ta’ Diċembru, miet aktar kmieni llum fl-Isptar Mater Dei.

Fir-raba’ każ anzjana ta’ 85 sena, li kienet ikkonfermata pożittiva għall-Covid-19 fis-26 ta’ Diċembru, mietet aktar kmieni llum fl-Isptar Mater Dei.

Il-Ministeru għas-Saħħa, filwaqt li ta l-kondoljanzi lill-familjari tal-anzjani, appella biex nibqgħu viġilanti u nosservaw il-miżuri kollha ta’ prevenzjoni fosthom id-distanza soċjali, l-ilbies tal-maskra u l-ħasil tal-idejn.

Share With: