Erba’ persuni jmutu waqt protesti fl-Istati Uniti

Fl-aħħar sigħat segwaċi tal-eks President Amerikan Donald Trump invadew il-binja fejn jiltaqgħu l-membri tal-kamra tar-rappreżentanti u s-senaturi. Dan wara li l-istess Trump ħeġġiġhom biex jipprotestaw ir-riżultat elettorali.

Dan seħħ waqt li kienet qiegħda tiġi ċċertifikata r-rebħa tal-President elett Joe Biden. Din il-ġurnata se tibqa’ titqies bħala ġurnata kerha għad-demokrazija Amerikana u dan hekk kif f’din il-protesta tilfu ħajjithom erba’ persuni. Skont rapporti oħra mal-50 persuna oħra ġew arrestati minħabba ksur ta’ liġi u vjolenza.

Xi Repubblikani baqgħu jemmnu li jistgħu jibdlu r-riżultat f’xi stati, iżda baqgħu ma sabux sapport minħabba nuqqas ta’ evidenza ta dak li kien allegat mill-istess Trump rigward tbabis fir-riżultat ta’ ċertu stati.

Wara dak li seħħ, l-eks President Amerikan Donald Trump ħeġġeġ lis-segwaċi tiegħu biex imorru lejn djarhom iżda mill-ġdid irrepeta dak li ilu jisħaq rigward “serq fl-elezzjoni”.

Share With: