F’Diċembru l-MTA wettqet mat-3,000 spezzjoni u ġew imħarrka 16-il ristorant

Waqt intervista li kellu lbieraħ filgħaxija fuq il-programm Insights il-Prim Ministru wieġeb dwar diversi suġġetti relatati mal-pandemija.

Rigward il-possibbilità ta’ żieda fil-miżuri, Abela qal li ta’ kuljum, jew aħjar kull siegħa jkun hemm moniteraġġ mill-awtoritajiet tas-saħħa. Huwa qal li f’dawn l-aħħar xhur il-gvern kien qiegħed jimxi fuq l-istruzzjonijiet tal-awtoritajiet tas-saħħa u għalhekk fejn kien hemm bżonn żdiedu l-miżuri u drabi oħra dawn tnaqqsu lura. Rigward ir-rata ta’ tilqim, Abela qal li sal-25 ta’ Jannar se jkollna 25,000 persuna li ġew imlaqqma.

Abela qal li fl-ewwel xahar irnexxielna neċċedu l-proċess, iżda hu bħala Prim Ministru jiddeċiedi u għalhekk iddeċieda li jimbotta u se jibqa’ jagħmel dan biex dan it-timeline previst jibqa’ jitqarreb.

Rigward l-infurzar mill-MTA, Abela kkonferma li għamlet 3,000 spezzjoni u kien hemm 16-il ristorant li ġew imħarrka f’Diċembru. Abela appella lin-nies biex jgħinu billi jagħmel l-aħħar sagrifiċċju. Huwa qal li ma nistgħux noqogħdu nħabbtu bieb bieb biex inwaqqfu l-kongregazzjoni. 

Share With: