Felipe Anderson jattira interess minn Everton

Il-player ta’ West Ham United, Felipe Anderson, huwa rrappurtat li qed jattira interess mir-rivali tal-Premier League Everton. L-internazzjonali tal-Brażil tħabat għal-logħob taħt il-gwida tal-manager David Moyes u ġie misluf lil Porto f’Ottubru.

Madankollu, Anderson xejn m’għandu relazzjoni tajba mal-coach ta’ Porto, Sergio Conceicao u mistenni jirritorna fil-London Stadium dan ix-xahar.

Il-midfielder offensiv iżda jista’ jingħaqad ma’ xi club ieħor hekk kif Everton jidhru li jinsabu interessati fih. Il-manager tat-Toffees, Carlo Ancelotti, jingħad li huwa ammiratur tal-player ta’ 27 sena sa minn meta kien jilgħab fis-Serie A ma’ Lazio.

Player normalment ma jitħalliex jirrappreżenta tliet clubs fi staġun wieħed, iżda l-FIFA u l-UEFA se “jħollu” r-regoli tat-trasferimenti din is-sena minħabba l-pandemija tal-coronavirus.

Share With: