Fil-Libanu: “L-Isptarijiet ma jifilħux aktar … ġieli ppruvajna f’seba’ sptarijiet sakemm sibna post” – Sewwieqa tal-ambulanzi

Sewwieqa tal-ambulanza fil-LIbanu f’kummenti li tat f’intervista li qiegħda tinxtered fuq il-midja soċjali ntqal li l-Isptarijiet ma jifilħux aktar pazjenti. Il-pajjiż għadda minn perjodu ta’ sfidi fosthom daqqa ta’ ħarta fl-ekonomija, l-isplużjoni qawwija li ħalliet ħerba f’Beirut u issa l-pandemija,

Fl-aħħa ġimgħat, fil-Libanu ġew irreġistrati numru rekord ta’ infezzjonijiet u mewt u dan wara li l-awtoritajjiet illaxkaw ir-restrizzjonijiet matul il-perjodu ta’ festi tal-aħħar tas-sena u l-bidu ta’ din li għadna kemm bdejna.

Kawża ta’ dan issa fil-pajjiż kellha tiddaħħal waħda mill-aktar curfews ħorox fid-dinja minħabba ;o l-isptarijiet ma jistgħux jikkuraw aktar pazjenti.

Is-sewwieqa tal-ambulanzi qalet li ma tistax tgħid kemm se jkollok tivvjaġġa b’pazjent. Hija żiedet tgħid li tista’ ssib l-ewwel sptar li jilqak jew ikollok tmur minn wieħed għall-ieħor sakem tasal f’xi s-seba’ wieħed.

Share With: