Fil-periklu tal-mewt wara li jaqa’ minn fuq sur fil-Belt
Ġuvni ta’ nazzjonalità Żvizzera jinsab fil-periklu tal-mewt wara li waqa’ minn fuq sur fil-Belt. Kien għall-ħabta tal-3.45 a.m. meta l-Pulizija ġiet informata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha fil-limiti tal-Fossa l-Belt.
Minn stħarriġ preliminari jirriżulta li l-ġuvni waqa’ minn fuq is-sur ta’ Triq San Bastjan.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku li ta l-ewwel għajnuna u ambulanza li ħadet lill-vittma l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa. Aktar tard huwa ġie ċċertifikat li jinsab fil-periklu tal-mewt.
Bil-każ ġiet informata l-Maġistrat tal-Għassa Marsanne Farrugia li fetħet inkjesta filwaqt li l-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadha għaddejja.