Fl-aħħar ħinijiet titwaqqaf l-eżekuzzjoni ta’ sentenza ta’ qtil għal mara fl-Istati Uniti

Il-Qorti fl-Istati Unii waqqfet l-eżekuzzjoni ta’ Lisa Montgomery ftit  sigħat biss qabel ma din kienet se tingħata l-piena tal-mewt b’injezzjoni letali f’ħabs f’Indiana, fl-Istati Uniti.

Montgomery, li għandha 52 sena kienet l-uniku mara li kienet qed tistenna li tirċievi sentenza kapitali li ngħatat mill-Qorti federali, wara li nstabet ħatja li fl-2004 qatlet mara tqila u serqitilha t-tarbija mill-ġuf.

L-Imħallef James Hanlon iddikjara li qabel l-eżekuzzjoni għandu jsir smigħ dwar il-kompetenza ta’ Mongomery, hekk kif l-avukati tad-difiża qalu li ma kinitx mentalment stabbli u twieldet bi ħsara f’moħħha.

Share With: