FL-ITALJA: Tifla ta’ 10 snin tmut wara li tipparteċipa fi sfida fuq TikTok

Antonella Sicomero, tifla ta’ 10 snin minn Palermo, nstabet bla ħajja b’ċintorin imdawwar m’għonqha wara li kienet qed tipparteċipa fi sfida fuq il-pjattaforma ta’ TikTok. L-inċident seħħ meta Antonella kienet qed tiġbed filmat tagħha tipparteċipa f’waħda mill-ħafna sfidi li jeżistu fuq TikTok. Sfortunatament, matul din l-isfida, Antonella dawwret iċ-ċintorin ma’ għonqha bil-konsegwenza li għal xi raġuni kissret l-għadma ta’ għonqha.

Fid-dawl ta’ dawn l-aħbarijiet, is-sit soċjali ta’ TikTok qalet li mill-investigazzjoni tagħha ma sabet ebda kontenut li seta’ ħeġġeġ lil Antonella ddawwar iċ-ċintorin ma’ għonqha.

Intant, il-familja taċ-ċkejkna tat l-organi tagħha għal persuni oħrajn li qed jistennew xi operazzjoni ta’ trapjanti.

Share With: