Ġenituri b’reazzjonijiet imħallta dwar l-istrajk

Bosta kienu dawk il-ġenituri li esprimew it-tħassib kif ukoll ir-rabja tagħhom minħabba l-istrajk imħabbar, filwaqt li oħrajn qablu li din kienet deċiżjoni għaqlija b’mod speċjali meta wieħed jieħu inkonsiderazzjoni s-sitwazzjoni marbuta mal-imxija tal-Covid-19. 

Is-sitwazzjoni tal-bieraħ kienet waħda mħallta fejn min-naħa kien hemm studenti li saħansitra tħallew jistennew wara grada li baqgħet ma nfetħitx filwaqt li għadd ta’ skejjel fetħu xorta waħda. Omm li bagħtet lit-tifel tagħha l-iskola rringrazzjat ħafna lill-ħaddiema u l-Kap tal-ALP Paola għax daħħlu għal ġurnata xogħol u t-tifel mar skola kif xtaq.

Min-naħa l-oħra, omm oħra qalet li hija obdiet minn dak li qalet il-Ministeru tal-Edukazzjoni u ħadet lil uliedha l-iskola tal-Fgura, iżda sostniet li l-kapijiet tal-iskola ma kienux qed jaċċettaw lit-tfal għax ma kienx hemm għalliema u żiedet tgħid li ma jistgħux iħallu lil uliedhom weħidhom. 

Share With: