GO tesperjenza ħsarat fis-servizz tal-internet kaġun ta’ xogħol minn terzi

Il-kumpanija GO ħabbret li qed tiffaċja ħsarat fil-provvista tas-servizz tal-internet. Dan hekk kif bosta persuni mir-reġjuni ċentrali u tan-Nofsinhar ta’ Malta kitbu fuq il-midja soċjali qalu li qed jesperjenzaw diffikultajiet fis-servizz.

F’komunikat fuq il-midja soċjali l-kumpanija GO qalet li tim tekniku qed jaħdem biex isolvi l-problema fis-servizz.

Intant f’aġġornament li tat, il-kumpanija qalet li l-ħsarat fis-servizz kien ikkaġunat minn xogħol ta’ terzi. GO qalet li dan ix-xogħol għamel ħsarat fl-infrastruttura viċin il-Gudja.

Share With: