Ġuvni fil-periklu tal-mewt wara li jaqa’ diversi sulari mis-sur tal-Imdina

Ġuvni ta’ 21 sena mir-Rabat jinsab fil-periklu tal-mewt wara li waqa’ diversi sulari mis-swar tal-imdina. Il-Pulizija kienet informata bl-inċident għall-ħabta tas-7.00 p.m. u meta marret fuq il-post sabu lill-ġuvni mitluq għal tulu f’għalqa.

Fuq il-post assistew il-membri tal-Protezzjoni Ċivili waqt li ntlabet l-assistenza ta’ tim mediku li ħadet lill-vittma l-Isptar Mater Dei għall-kura. Aktar tard huwa kien iċċertifikat li kien jinsab fil-periklu tal-mewt.

Bil-każ ġie informat il-Maġistrat tal-Għassa Neville Camilleri li ordna li ssir inkjesta u ħatar diversi esperti biex jassistuh.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Share With: