Ħames persuni arrestati f’rejds għad-droga fiż-Żejtun

Ħames persuni sfaw arrestati f’rejds li saru fiż-Żejtun wara li nstabu fil-pussess ta’ sustanza allegatament droga eroina u eroina lesta għat-traffikar.

L-ewwel operazzjoni saret il-Ħadd li għadda meta l-Pulizija waqqfu raġel ta’ 53 sena fi Triq Bon Kunsill. Minn tfittxija li saret fuqu nstabu tliet pakketti b’sustanza suspettata kokaina. It-tfittxijiet komplew fir-residenza tiegħu fi Triq Siniskal u bl-għajnuna ta’ kelb tat-Taqsima tal-Klieb (K9), instabu 11-il pakkett ieħor li kienu moħbijin fl-iskalora u fihom kien hemm aktar sustanza suspettata kokaina.

Intant f’operazzjoni oħra lbieraħ, il-Pulizija arrestaw erbat irġiel wara diversi jiem ta’ sorveljanza. Minn tfittxija li saret f’residenza fi Triq Joe Attard, instabu diversi qratas ta’ droga b’sustanza suspettata kokaina u eroina, lesta għat-traffikar, kif ukoll diversi oġġetti relatati mat-traffikar tad-droga u ammont ta’ flus kontanti.

L-investigazzjonijiet fir-rigward ta’ dawn iż-żewġ każijiet għadhom għaddejjin.

Share With: