Ian Borg jiċħad li dagħa waqt “Pjazza”

Il-Ministru Ian Borg ċaħad rapport ippubblikat mill-midja tal-Partit Nazzjonalista, f’liema rapport huwa kien akkużat li dagħa waqt programm televiżiv.

Net News ilbieraħ akkużat lill-Ministru Borg li waqt li kien fuq il-programm Pjazza, imxandar fuq l-istazzjon tal-Partit Laburista, huwa nstema’ jlissen dagħa.

Madankollu f’kumment li ppubblika fuq il-midja soċjali l-Ministru tenna li “redikolu li jkolli nispjega, iżda jien għidt “ħa qalanqas… anqas, anqas …”

Żied jgħid li “Issa jekk tridu tgħidu li kont qed nidgħi affarikom. Meta nkun l-art imqaddsa nmur nitlob għalikom bħal fariżej!”

Share With: