“Il-barranin huma nies ukoll… mhumiex dubbien” – Id-Deputat Nazzjonalista Kevin Cutajar
Waqt id-diskors tiegħu fis-seduta tal-Parlament tal-lejla, id-Deputat Nazzjonalista Kevin Cutajar qal li qed jiġu barranin jaħdmu fil-kostruzzjoni minn madwar id-dinja kollha.
Cutajar tenna li dawn qed jaħdmu f’kundizzjonijiet mill-agħar u ddeskriva dan bħala skjavitù moderna. Qal li “lili tkiddni ħafna li meta jmut Malti fil-kostruzzjoni isir agħa kbir u meta jmut barrani qisu ma ġara xejn. Dawn nies ukoll mhux qishom qed imutu id-dubbien.