“Il-firda l-aktar li laqtet lill-familja Maltija matul din is-sena” – l-infermier Eric Grech

Din is-sena m’hemmx dubju li kienet iebsa għal kulħadd.  Min jilmenta mill-biża. Min imħasseb fuq saħħtu jew saħħet il-familjari.  Kienet sena li għal ħafna minnha kellna restrizzjonijiet. Il-ħajja ma baqgħet l-istess. Fi kliem l-infermier Eric Grech, li jaħdem fl-Isptar Mater Dei, matul din is-sena kienet il-firda l-aktar li laqtet u ħalliet impatt fuq il-familji Maltin”.

F’kumment li għadda l-infermier Grech qal li “Grazzi Mulej li wasalna s’hawn. Il-biżgħat ma waqfux, in-niket ħassejnieh. In-nies tedha ttaqtaq, issa fuq ħaġa, issa fuq oħra. Il-firda l-iktar li laqtet  lill-familja Maltija. Il-mard missejnieh b’idejna. L-imwiet ma naqsux. Kiefra kienet din is-sena ta’ pandemija li messet tista’ tgħid lil kulħadd, lill fqir u s-sinjur, lil  batut u lil min hu b ‘saħħtu, lill-kbir u liż-żgħir, lil mara jew raġel.

“Fiżikament, mentalnent u emozzjonalment. Iebsa kienet għal min sab ruħu waħdu, għal min iħobb id- divertiment, għal min iħobb issiefer, għall min safa’ mingħajr xogħol, għal min mexxa l-pajjiż u l-pandemija. Mulej grazzi xorta. Grazzi tat-tagħlima li tajtni, napprezza iktar lill-familja tiegħi, lill dawn li ngħozz, lill-ħbieb għeżież u dawk inqas għeżież. Grazzi  lill kull min affronta l-biżat u fehem li xogħlna jrid jibqa’ għaddej. Grazzi Mulej Ġesù, talli għadni għaddej s’issa u ħa nilqa’  s-Sena li ġejja b’iktar kuraġġ u determinazzjoni.”

Share With: