Il-Gvern ma jistax iżomm bank milli jgħolli tariffa

Il-Bank Ċentrali u l-Awtorità Maltija għas-Servizzi Finanzjarji (MFSA) jinsabu f’taħdidiet mal-HSBC dwar it-tariffa li dan il-bank iddeċieda li jagħmel fuq depożiti tal-anzjani.

Kien id-deputat Nazzjonalista Robert Arrigo li staqsa lill-Ministru tal-Finanzi Clyde Caruana jekk l-HSBC setax daħħal ir-regolament fejn il-pensjonanti qed jintalbu jiddepożitaw €1,200 fi tliet xhur inkella jkun hemm ‘charges’ u l-għeluq tal-kont u jekk il-Gvern aċċettax dan.

Caruana wieġbu li la l-Gvern, la l-MFSA u lanqas il-Bank Ċentrali m’għandhom is-setgħa li japprovaw deċiżjonijiet dwar tariffi madankollu semma kif bħalissa għaddejjin diskussjonijiet bejn l-MFSA, il-Bank Ċentrali u l-HSBC rigward l-introduzzjoni ta’ din it-tariffa.

Share With: