Il-GWU bi proposta biex il-ħaddiema tal-banek jingħataw prijorità għat-tilqima kontra l-Covid-19

Is-Segretarju tat-Taqsima Professjonisti, Finanzi u Servizzi fi ħdan il-GWU avviċinat lill-Assoċjazzjoni tal-Bankiera dwar il-membri tagħha li jaħdmu fil-banek madwar Malta u Għawdex dwar il-possibilità li jitlaqqmu qabel kontra l-Covid-19.

Il-GWU qalet li dawn il-ħaddiema jiltaqgħu man-nies kontinwament. Ix-xogħol tagħhom ipoġġihom f’periklu kemm għalihom u anke għall-qraba tagħhom li jistgħu anke jkunu vulnerabbli. Għaldaqstant l-unjin ressqet proposta li l-ħaddiema tal-banek għandhom jitqiesu bħala frontliners ukoll u għandhom jingħataw prijorità għall-vaċċin kontra l-Covid-19.

Is-Segretarju Ġenerali tal-Assoċjazzjoni tal-Bankiera qal li jaqbel mal-proposta tal-GWU u tenna li jeħtieġ li jressaq din it-talba mal-Bord sabiex tkun tista’ formalment tinġieb l-approvazzjoni tal-Awtoritajiet tas-Saħħa.

Il-GWU qalet li tifhem perfettament li kulħadd jixtieq li jkun minn tal-ewwel biex jitlaqqam kontra l-Covid-19 però bħala Unjin tal-Ħaddiema huwa d-dmir tagħha li tara x’inhu l-aħjar għall-membri tagħha bħalma dejjem għamlet sa mill-bidu.

Share With: