Il-GWU titlob laqgħa urġenti mad-diriġenti ta’ ONE

Il-GWU talbet laqgħa urgenti mat-tmexxija ta’ ONE Group wara l-aħbar li ħarġet fil-mezzi tax-xandir dwar il-kawża kostituzzjonali li tista’ twassal għall-għeluq tal-istazzjonijiet politiċi Maltin.

Il-ħaddiema ta’ ONE Group ilhom membri fi ħdan il-GWU sa mit-twaqqif tal-kumpanija. Kienu diversi membri li l-Ħadd avviċinaw lit-Taqsima Professjonisti, Finanzi u Servizzi biex jaraw jekk din il-kawża taffettwax l-impjieg tagħhom. Fid-dawl ta’ dan, il-GWU talbet laqgħa urġenti mat-tmexxija ta’ ONE Group b’rabta mal-futur inċert tal-ħaddiema.

Share With: