Il-gżejjer Palau fl-Oċean Paċifiku huma ħielsa mill-Covid-19 u ma kellhomx każi

Fuq il-Covid-19 issa ilna ħafna nisimgħu. Prattikament konna qed nisimgħu li dan hu mifrux ma’ kull parti tad-dinja. Nisimgħu b’aħbarijiet minn pajjiżi minn kull rokna tal-globu dwar infezzjonijiet u imwiet.

Imma dan ma jfissirx li l-Covid-19 qiegħed kullimkien. Hawn pajjiżi madwar id-dinja li għadhom ħielsa minn dan il-virus qerriedi.

Wieħed minn dawn il-pajjiżi huma grupp ta’ gżejjer li jinsabu fl-Oċean Paċifiku, Dawn huma ir-Repubblika ta’ Palau.  Arċipiergu li fih jgħixu madwarr 18,000 persuna. Dawn huma wieħed mill-ftit pajjiżi li ma kellhom ebda każ ta’ Covid19 reġistrat. Dan il-pajjż imma se jlaqqam in-nies tiegħu u aktarx li se jkun l-ewwel pajjiż li jkollu l-popolazzjoni tiegħu kollha imlaqqma.

Filfatt dan il-pajjiż diġà għandu għad-dispożizzjoni tiegħu 2,800 injezzjoni u beda jlaqqam liċ-ċittadini tiegħu. 

Irid jingħad li hekk kif f’Jannar li għadda bdew ifiġġu l-każi ta’ Covid-19, dan il-pajjż kien ħa miżuri drastiċi mill-ewwel. Għalaq il-fruntieri tiegħu  u beda jittestja l-popolazzjoni tiegħu għall-Covid.

Share With: