Il-każi attivi jinżlu għal 2,646, filwaqt li jmutu żewġ anzjani

Il-każi attivi ta’ persuni pożittivi għall-Covid-19 f’pajjiżna niżel għal 2,646 wara li n-numru ta’ persuni li rkupraw mill-virus matul dawn l-aħħar 24 siegħa kien jiżboq lil dak tal-każi ġodda reġistrati. Fil-fatt mill-2,571 swab test li saru kienu reġistrati 119-il każ ġdid filwaqt li rkupraw 211-il persuna.

Intant il-Ministeru għas-Saħħa ħabbar li matul dawn l-aħħar 24 siegħa wkoll mietu żewġ anzjani kaġun tal-Covid-19. Fl-ewwel każ mara ta’ 89 sena mietet waqt li kienet qed tirċievi kura fil-faċilità Good Samaritan, filwaqt li anzjan ta’ 77 sena miet fl-Isptar Mater Dei.

Share With: