Il-każi attivi jkomplu jonqsu b’aktar persuni jirkupraw minn każi ġodda reġistrati

Il-każi attivi ta’ persuni pożittivi għall-Covid-19 f’pajjiżna niżel għal 2,606 wara li n-numru ta’ persuni li rkupraw mill-virus matul dawn l-aħħar 24 siegħa kien jiżboq lil dak tal-każi ġodda reġistrati. Fil-fatt mit-3,111 swab test li saru kienu reġistrati 116-il każ ġdid filwaqt li rkupraw 155 persuna.

Intant il-Ministeru għas-Saħħa ħabbar li matul dawn l-aħħar 24 siegħa wkoll miet anzjan ta’ 81 sena kaġun tal-Covid-19. L-anzjan kien rikoverat fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex.

Share With: