Il-mexxejja Ewropej jikkunsidraw l-għeluq tal-fruntieri biex jiġġieldu l-varjanti tal-Covid-19

Il-mexxejja Ewropej illum se jkunu qed jiddiskutu t-theddida minn varjanti ġodda tal-Covid-19 hekk kif diversi pajjiżi qed jagħmlu pressjoni biex jingħalqu l-fruntieri interni tal-kontinent Ewropew bil-għan li titwaqqaf l-imxija tal-virus.

Il-kapijiet Ewropej se jkunu qed iżommu summit virtwali biex jiddiskutu l-gravità tas-sitwazzjoni riżultat tal-varjanti l-ġodda.

L-awtoritajiet Ewropej jinsabu mħassbin kaġun tal-varjanti tal-virus li kienu reġistrati fl-Ingilterra, l-Afrika t’Isfel u l-Brażil. Dan hekk dawn il-varjanti l-ġodda huma aktar infettivi, b’dan iwassal lil diversi pajjiżi biex jimponu restrizzjonijiet fuq persuni li jkunu qed jivvjaġġaw minn dawn il-pajjiżi.

Intant bosta pajjiżi qed jitolbu biex l-fruntieri fil-kontinent Ewropew jingħalqu b’mod kordinat biex ma terġax tiġi ripetuta s-sitwazzjoni ta’ Marzu li għadda meta d-deċiżjoni biex jingħalqu l-fruntieri nazzjonali ttieħdet mill-pajjiżi b’mod unilaterali, b’dan joħloq kaos fl-ivvjaġġar.

Intant il-Kanċillier Ġermaniż Angela Merkel nhar it-Tlieta wissiet li filwaqt li tittama li l-mexxejja Ewropej jsibu modi alternattivi biex iwaqqfu l-varjanti tal-virus, hija mhijiex qed teskludi li jkun hemm restrizzjonijiet mal-fruntieri.

Share With: