Il-Ministru Clint Camilleri f’taħditiet ma’ numru ta’ awtoritajiet biex ma jitnaffarx it-turiżmu lejn Għawdex fi żmien il-Karnival

Il-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri qal fil-Parlament li qed jitkellem ma’ numru ta’ awtoritajiet biex mingħajr ma jnaffru t-turiżmu lejn Għawdex fi żmien il-karnival kulħadd ikun konxju li l-prijorità hija s-saħħa.

Huwa rrikonoxxa li f’dan iż-żmien it-tfal ikunu bil-vaganzi u aktarx li ħafna familji jitilgħu Għawdex. Fl-istess waqt insista li allaħres f’dawn iż-żminijiet ma kienx it-turiżmu intern għal Għawdex. 

Maria Deguara, Deputat tal-Oppożizzjoni, staqsietu jekk jaħsibx li dawk li jitilgħu Għawdex jagħtu l-indirizz fejn se joqogħdu ħalli jkun magħruf jekk ikunx hemm postijiet li fihom ikun hemm iktar nies milli suppost. Hija sostniet li ż-żgħażagħ ma jemmnux li se jimirdu.

Camilleri weġibha li ma jaqbilx li ż-żgħażagħ ma jaħsbux li se jimirdu u li ma jimpurtahomx mill-ġenituri jew anzjani u waqt li insista li Għawdex m’għandux ikun fil-mira għax iż-żgħażagħ imorru xi mkien ieħor sostna li hemm id-direttivi li jridu jiġu segwiti u saħaq li l-pajjiż irnexxielu jikkontrolla l-pandemija bla lockdown.

Share With: