Il-Partit Laburista jifraħ lil Gavin Gulia

Il-Partit Laburista fi stqarrija maħruġa feraħ lill-Avukat Gavin Gulia li ġie elett f’elezzjoni każwali sabiex jimtela s-siġġu vojt li ħalla l-Professur Edward Scicluna li ftit tal-jiem ilu ġie maħtur bħala Gvernatur tal-Bank Ċentrali ta’ Malta.

Gavin Gulia serva  fil-Parlament Malti bħala Deputat Laburista kemm bħala Segretarju Parlamentari u anke bħala Ministru għall-Ġustizzja. Huwa baqa’ jservi bħala Deputat Laburista sal-2013.

Il-Partit Laburista rringrazzja wkoll lil Jeffrey Pullicino Orlando u Charles Azzopardi li kienu l-kontestanti l-oħra f’din l-elezzjoni każwali.

Aqra wkoll:

Gavin Gulia lura fil-Parlament
Share With: