Il-PN b’wegħda li jerġa’ jibda t-traġitt tal-merkanzija lejn Għawdex

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Bernard Grech, fl-attività politika tal-lum fil-pjazza tan-Nadur, Għawdex qal li dan iż-żmien jaħbat il-ħames sena minn mindu l-Gvern waqqaf il-konnettività li Għawdex kellu fil-qasam tal-prodotti tal-merkanzija li kienu jaslu minn Malta mill-qalba ta’ ħdejn il-Belt. Fil-kampanja “Paġna Ġdida għal Pajjiżna” Grech wiegħed li mhux biss jerġa’ jintroduċi, isaħħaħ u jagħmel aktar frekwenti dan is-servizz, iżda f’ħidma biex titjieb il-konnettività anke tal-passiġġieri Għawdxin, huwa se jagħmel seervizz tal-fast ferry għall-Għawdxin. 

“Qabel taħt Gvern tal-PN kellna vapur li kien jaqsam lejn Għawdex fejn mhux biss kien hawn iktar possibbiltà li l-prodott jasal fil-ħin, imma anke kien hemm ħarsien tal-ambjent u tal-lokalitajiet,” spjega Grech. 

Il-Kap tal-Oppożizzjoni qal li flok it-trakkijiet b’piżijiet żejda fit-toroq u d-dħaħen, il-merkanzija f’Għawdex kienet tasal direttament permezz ta’ dan it-traġitt u li flok il-Gvern żdied dan is-servizz, waqqfu, pass li skont huwa, imur kontra kull direttiva tal-Unjoni Ewropea.

Share With: