Il-POU tippreżenta flus, vouchers u rigali lil familja fil-bżonn

Il-Police Officers’ Union illum ippreżentat is-somma sabiħa ta’ €1,420 u diversi vouchers u rigali għal dik il-familja li rrapurtajna dwarha f’Diċembru li għadda.

F’kitba fuq il-paġna tal-POU, irringrazzjaw lill-poplu Malti u Għawdxi kollu tal-ġenerożità kbira li wrew u kif ukoll lill-Korp tal-Pulizija; speċjalment lill-Kummissarju, lis-Sur Gafa u s-sezzjoni tal-klieb. Dawn tal-aħħar laqgħu lil din il-familja msemmija u għamlulhom show bil-klieb u diversi attivitajiet oħra fejn ukoll ġabru xi flus u kellhom diversi rigali għalihom.

Il-familja kkonċernata bagħtet ir-ringrazzjament tagħha wkoll. Bis-saħħa ta’ dawn in-nies kollha msemmija u ħafna oħrajn din il-familja kellha Milied sabiħ. 

Share With: