Il-President għandu fiduċja fil-vaċċin … mistenni jitlaqqam aktar tard illum

Il-President ta’ Malta George Vella waqt intervista li kellu dalgħodu fuq l-istazzjon Nazzjonali qal li llum waranofsinhar se jkun qiegħed jieħu t-tilqima kontra l-Covid-19.

Vella qal li għandu fiduċja kbira fil-vaċċin għax dan huwa prodott ta’ uħud mill-aktar laboratorji serji, minħabba l-ammont kbir ta’ flus investiti fir-riċerka tiegħu, u ċ-ċertifikat wara testijiet li dan huwa tajjeb għas-saħħa.

Il-President qal li fuq il-midja hawn ruxmata teoriji li ma jagħmlux sens fuq il-vaċċin.

Share With: