Il-proġett tal-Għeriexem fir-Rabat viċin li jitlesta

Wasal fl-aħħar fażi tiegħu l-proġett tal-Għeriexem fir-Rabat li hija ż-żona li mill-Villa Rumana tagħti sa ħdejn ir-roundabout lejn l-Imtarfa.

Il-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali Ian Borg żar ix-xogħol fil-preżenza tal-Kap Eżekuttiv ta’ Infrastruttura Malta Fredrick Azzopardi.

Il-proġett jinkludi l-bini ta’ ‘storm water culverts’ li se jindirizza l-problema tal-għargħar fl-inħawi inkluż ‘pipeline’ twil nofs kilometru u wiesa’ metru biex jgħin fil-ġbir tal-ilma.

Borg faħħar lil Infrastruttura Malta għall-mod kif tmexxi l-proġett u sostna li permezz tiegħu qed tkun indirizzata probema li ħadd ma ried jindirizzaha.

Minister for Transport, Infrastructure and Capital Projects Ian Borg visits new developments at Għeriexem Street, Rabat
Share With: