Il-Pulizija Olandiża tarresta wieħed mill-akbar traffikanti tad-droga mfittxija

Il-Pulizija fl-Olanda arrestat wieħed mill-ikbar kapijiet ta’ ċrieki kriminali tad-droga. Tse Chi Lop, ta’ 56 sena, li huwa Ċiniż imwieled il-Kanada. Huwa ġie arrestat wara mandat ta’ arrest maħruġ is-sena li għaddiet mill-Awstralja. 

Huwa mifhum li Chi Lop huwa kap ta’ dak li jissejjaħ The Company li jiddomina mas-sebgħin biljun dollaru ta’ droga illegali fis-suq tal-kontinent Asjatiku. Tse Chi Lop jagħmel parti mil-lista tal-aktar niesi mfittxija u l-pulizija Olandiża rnexxielha żommu fl-ajurport ta’ Schipol. 

L-Awstralja ilha madwar 10 snin wara dan ir-raġel u issa se tkun qed titlob għall-estradizzjoni tiegħu biex ikun jista’ jibda ġuri. Il-pulizija federali Awstraljana temmen li The Company, magħruf ukoll bħala Sam Gor Syndicate huwa responsabbli għal 70 fil-mija tad-droga llegali li tidħol l-Awstralja.

Tse Chi Lop huwa mqabbel ma’ kriminal ieħor kbir tad-droga; Joaquin “El Capo” Guzman.  

Share With: