Il-Pulizija tibqa’ tappella għall-għajnuna tal-pubbliku biex jinstab Mosti rrapurtat nieqes

Il-Pulizija qiegħda mill-ġdid tappella lill-pubbliku biex jgħinha ssib lil dan ir-raġel. Mehmuża hawn ukoll stampa ta’ vettura identika għal dik li jista’ jintlemaħ jivjaġġa biha r-raġel irrapurtat nieqes xi jiem ilu.

Aktar qabel: Marcel Pisani juża siġġu tar-roti u deher l-aħħar fir-residenza tiegħu ġewwa l-Mosta. Hu jagħmel użu minn vettura Ranault Captur ta’ lewn blu ċar b’saqaf cream.

Kull min għandu xi informazzjoni dwar din il-persuna, jista’ jgħaddiha lill-Pulizija, anke b’mod kunfidenzjali fuq in-numri tal-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija 21 224001 / 119 jew fl-eqreb Għassa tal-Pulizija.

Share With: