Il-Pulizija tkompli tappella għall-għajnuna tal-pubbliku biex jinstab raġel irrapurtat nieqes

Il-Pulizija ppubblikat il-pjanċi tal-vettura li x’aktarx kien qed juża Marcel Pisani meta safa nieqes lejn tmiem ix-xahar li għadda.

Fi stqarrija l-Pulizija qalet li Pisani, li għandu 50 sena u juża siġġu tar-roti, x’aktarx li kien qed isuq Renault Captur blu b’saqaf ‘cream’, bil-pjanċi HBV761.

Kull min għandu xi tagħrif jista’ jgħaddih lill-Pulizija, anke b’mod kunfidenzjali, fuq in-numri tal-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija 21 224001 / 119 jew fl-eqreb Għassa tal-Pulizija.

Share With: