Il-vaċċin għal kontra l-COVID-19 ta’ Johnson & Johnson huwa 66% effettiv
85% effettiv b’mod ġenerali fil-prevenzjoni ta’ mard sever
Il-kumpanija Johnson & Johnson għadha kemm ħabbret li l-vaċċin li qed taħdem fuqu hi għal kontra l-imxija tal-COVID-19 huwa 66% effettiv. Aktar minn hekk, dan il-vaċċin huwa 85% effettiv b’mod ġenerali fil-prevenzjoni ta’ mard sever. Dawn ir-riżultati ħarġu wara li saru 43,783 test fuq parteċipanti differenti.
Il-vantaġġ ta’ dan il-vaċċin fuq vaċċini oħrajn li ġew immanifatturati minn fornituri oħrajn, huwa li persuna jista’ jieħu doża waħda biss u jkun immunizzat għal kontra l-COVID-19.
Huwa ppjanat li l-Unjoni Ewropa tixtri madwar 400 miljun doża mingħand Johnson & Johnson.