Immigranti abbord l-Ocean Viking se jiddaħħlu fi Sqallija

L-Għaqda Mhux Governattiva Umanitarja l-Alarm Phone fl-aħħar ħin ħabbret li l-immigranti abbord l-Ocean Viking se jkunu qegħdin jiddaħħlu f’Augusta fi Sqallija.

Għada filgħodu mistennija jinżlu l-art it-373 immigrant li fosthom hu stmat li hemm 187 tifel u tifla.

Fi stqarrija qasira l-SOS MEDITERRANEE qalet li dawk li ħadmu mill-qrib ma’ dawn l-immigranti jinsabu impressjonati bir-reżiljenza li wrew f’dawn l-aħħar jiem u li l-esperjenzi li rrakkuntaw huma ta’ qsim il-qalb.

Share With: