In-numru ta’ persuni li ħadu żewġ dożi tal-vaċċin jitla’ għal 1,694

In-numru ta’ persuni li ħadu żewġ dożi tal-vaċċin kontra l-Covid-19 tela’ għal 1,694, wara li sal-bieraħ kienu ġew amministrati 22,371 doża.

Intant in-nurmu ta’ każi attivi tela’ għal 2,682 wara li minn 3,323 swab test li ttieħdu matul dawn l-aħħar 24 siegħa kien hemm 193 każ ġdid. Fl-istess waqt kien hemm 148 persuna li kienu rapportati bħala li rkupraw mill-virus.

Il-Ministeru għas-Saħħa informa wkoll li matul l-aħħar 24 siegħa kien hemm tliet pazjenti li mietu waqt li kienu pożittivi bil-Covid-19. Tnejn mill-pazjenti, anzjan ta’ 83 sena u anzjan ieħor ta’ 68 sena, mietu waqt li kienu qed jinżammu fl-Isptar Mater Dei. Dan filwaqt li anzjana ta’ 86 sena mietet waqt li kienet qed tinżamm fil-faċilità tal-Good Samaritan.

Share With: