Ir-rapport tal-inkjesta dwar it-traġeda ta’ Miriam Pace fil-Ħamrun… Ir-rapport jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Parlament

Ir-rapport ta’ inkjesta, liema inkjesta inbdiet dakinhar li Miriam Pace intadmet f’darha stess fil-Ħamrun, issa jinsab fuq il-Mejda tal-Parlament. Kien il-Prim MInistru Robert Abela stess li f’intervent li għamel fil-Parlament ħabbar li r-rapport ta’ inkjesta qed ipoġġih fuq il-medja tal-Parlament.

Fintevent li sar wara id-Deputat Nazzjonalista Herman Schiavone qal li hu stenna li r-rapport se jkun ippreżentat fil-Parlament u qal li “l-Prim Ministru iħobbha l-gallarija”. Hu qal li imbilli ġie ppreżentat ir-rapport ma jfissirx li saret ġustizzja mal-familja ta’ Miriam Pace.

Share With: