Ir-rata ta’ persuni li rkupraw tiżboq lill-każi ġodda

Filwaqt li d-dożi ta’ vaċċini amministrati sal-bieraħ kien jammonta għal 15,316, mill-3,208 swab tests li saru rriżultaw 151 każ ġdid ta’ Covid-19. Fl-istess waqt in-numru ta’ persuni li rkupraw kien jożboq dak tal-każi ġodda, hekk kif kien hemm 180 persuna li kienu indikati bħala li rkupraw mill-virus. Dan wassal biex in-numru ta’ każi attivi niżel għal 2,801.

Intant mill-informazzjoni maħruġa mill-Ministeru għas-Saħħa, in-numru ta’ persuni f’pajjina li mietu bil-Covid-19 tela’ għal 245, hekk kif mietet anzjana ta’ 82 sena fl-Isptar Mater Dei waqt li kienet pożittiva għall-virus.

Share With: