Is-Suq tal-Ekwità lil hinn mill-Pandemija

L-ishma internazzjonali ġew diskussi waqt webinar riċentement ospitat mill-BOV Asset Management, fejn l-ispeċjalisti fl-investiment iddiskutew ir-rotazzjoni kontinwa tas-setturi, it-tibdil tal-prinċipji fundamentali ekonomiċi u l-implikazzjonijiet fuq is-sentiment tal-investitur fuq l-ekwitajiet fi swieq żviluppati globali.

Skond Steve Ellul, Kap tal-BOV Asset Management, ishma internazzjonali ekonomikament sofrew l-iktar waqgħa rapida li qatt kien hemm. Minkejja dan, l-irkupru tagħhom kien ukoll wieħed mgħaġġel.

“L-Indiċi S&P 500 qed juri xi qabżiet promettenti, b’tali mod li s-suq tal-ekwità jkollu ġranet isbaħ f’normalita ġdida wara l-pandemija,” qal is-Sur Ellul. Huwa sostna li ż-żieda fil-valur tal-ħażniet globali fl-aħħar mill-aħħar tiddependi fuq l-aspett profittabbli tal-kumpaniji.

Filwaqt li l-pandemija fixklet l-ekonomiji globali, aċċellerat ukoll b’mod pożittiv ċerti setturi bħat-teknoloġija.

Loredana Vella, Speċjalista tal-Investiment fil-BOV Asset Management, iddeskriviet il-qasam tal-kummerċ elettroniku bħala wieħed li kiber b’mod massiv permezz tal-adattabilità. “In-negozji tal-kummerċ elettroniku identifikaw is-sena li għaddiet bħala opportunità biex tfittex strateġikament opportunitajiet ġodda u tkun minn ta’ quddiem fil-vjaġġ kontinwu ta’ diġitalizzazzjoni,” spjegat is-Sinjura Vella. “Dawn l-entitajiet ġġeneraw dħul għoli billi ħolqu domandi ġodda u ffrankaw l-ispejjeż permezz ta’ xogħol remot.”

Portfolio Managers mill-BOV Asset Management iddibattu dwar l-impatt tal-għajnuna finanzjarja mill-banek fuq il-prestazzjoni tas-swieq internazzjonali.

Peter Paul Cilia rrimarka li l-banek ċentrali huma fundamentali għall-irkupru ta’ ħafna pajjiżi. “Rajna banek ċentrali jintroduċu miżuri fiskali biex jipprovdu likwidità u jiżguraw li l-kumpaniji jżommu aċċess għal għajnuna finanzjarja,” qal is-Sur Cilia. Huwa jbassar li l-inċentivi ta’ appoġġ finanzjarju huma mistennija li jkomplu matul l-2021 u possibilment lil hinn.

Christian Buhagiar antiċipa li l-banek joħolqu prodotti innovattivi biex jgħinu lin-negozji jsaħħu r-reżiljenza fit-tul. “Kompliet taċċellera l-espansjoni tal-infrastruttura diġitali bħas-servizzi bankarji diġitali,” stqarr is-Sur Buhagiar. “Aktar negozji issa qed ifittxu xejriet diġitali bħala soluzzjoni biex jadattaw għas-sitwazzjoni attwali.”

Segwi dan il-webinar fuq https://www.youtube.com/watch?v=oma4PdmQ1sE.

Share With: