Isofri ġrieħi gravi wara li jaqa’ minn fuq il-bejt

Filippin ta’ 36 sena li jgħix il-Wrendi kellu jittieħed b’emerġenza l-Isptar Mater Dei wara li waqa’ mill-għoli. Il-Pulizija kienu mgħarrfa dwar dan l-inċident li seħħ fi Triq Buttar f’Santa Venera għall-ħabta tal-11.30 p.m.

Huma marru immedjatament fuq il-post fejn sabu lir-raġel midrubfuq il-bankina.

Mill-ewwel investigazzjonijiet li saru rriżulta li r-raġel għal xi raġuni spiċċa ssakkar f’residenza u prova joħroġ billi tela’ fuq il-bejt. Huwa tilef il-bilanċ u waqa’ għal isfel.

Tim mediku ssejjaħ fuq il-post u ħa lir-raġel l-isptar għall-kura fejn ġie ċċertifikat li kien qed isofri minn ġrieħi gravi.

Share With: