Isofri ġrieħi gravi wara li jaqa’ minn fuq sellum f’sit ta’ kostruzzjoni

Żagħżugħ Sirjan ta’ 17-il sena qed isofri minn ġrieħi gravi wara li weġġa’ f’sit ta’ kostruzzjoni fl-akwati ta’ Ħal Farruġ. Il-Pulizija kienu informati bl-inċident għall-ħabta tad-9.00 a.m.

Il-Pulizija marru minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li l-ġuvni sofra xi ġrieħi wara li waqa’ minn fuq sellum.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku li ta l-ewwel għajnuna, bis-Sirjan jittieħed b’ambulanza l-Isptar Mater Dei għal aktar kura fejn aktar tard kien iċċertifikat li kien qed isofri minn ġrieħi gravi.

Share With: