It-tabib Jean Karl Soler: “L-imwiet mill-Covid19 qed jonqsu fl-Ewropa”

Minn Victor Vella

“L-imwiet qed jonqsu fl-Ewropa, imma hemm min qed jorbod iżjed fuq imwiet assoċjati mal-Covid19. Jiena inħoss li dan jista’ jkun impreċiż. Għalhekk inħoss li il-mortalità excessiva, kalkulata gimgħa b’ġimgħa u korretta għall-medja ta snin passati, tista’ tirrefletti aħjar dak li qed jiġri.”

Dan sostnieh it-tabib Jean Karl Soler, hekk kif qed jagħmel argument mill-aktar interessanti fejn tidħol l-imxija tal-Covid19, iż-żieda fil-każi u l-imwiet

Hu saħaq li “l-pandemija intemmet fir-rebbiegħa. Ir-rati ta’ infezzjonijiet u imwiet naqsu  minn kemm kienu f’Marzu u April. Dak li qed naraw issa hi epidemija ta’ virus  staġjonali (coronaviruses huma staġjonali), xi ħaġa li narawha f’kull xitwa bl-influwenza. L-ewwel darba li ‘strain’ ta’ influwenza ġdid jolqot id-dinja,  ikollna pandemija. Imbagħad  dak l-istess ‘strain’ jikkawża epidemija f’kull xitwa. Nieħdu dak li ġara meta kien hemm l-influwenza Spanjola fis-sena 1918-1919, u pandemiji oħra ta’ influwenza bħal dik ta’ 1958, 1968 u 2009. Dawn kienu ‘strains’ li saru epidemiji u bdejna narawhom f’kull xitwa. Dawn qatt ma jerġgħu jikkawżaw l-istess ammont ta’ imwiet, u dan għax kull darba li  dik l-‘istrain’ jibda jdur id-dinja, tinħoloq ‘herd immunity’ u għalhekk  it-tieni, u t-tielet u aktar epidemiji ma jkunx severi bħal dik tal-bidu. L-influwenza Spanjola kienet eċċezzjoni u mhux ir-regola.  Il-virus ikollu mutazzjoni u n-natural tiffavorixxi ‘strains li jkunu aktar infettivi imma inqas letali.”

It-tabib Soler isostni li “anke jekk qed naraw il-każijiet jiżdiedu, il-każi ta’ imwiet mhux qed jiżdiedu. Wieħed jista’ faċilment iqabbel dak li ġara f’April li għadda ma’ dak li għaddejjin minnu issa. Qed ikun hemm inqas imwiet. Din mhix xi ħaġa li ma kinitx mistennija u hi fatt. L-informazzjoni dwar il-mortalità qatt ma tista’ tkun żbaljata.  Mill-banda l-oħra, li nittimbraw nies li mietu bil-Covid hu ġudizzju suġġettiv. Jekk xi ħadd iddaħħal l-isptar bil-Covid19 u kancer, problemi fil-qalb, kliewi, dijabete jew anzjnai u jmut, dan seħħ 100 fil-mija minħabba l-Covid19? Le.”, jisħaq it-tabib Soler. 

Share With: