It-tagħlim fl-iskejjel tal-Knisja se jsir online temporanjament

Fi stqarrija għall-istampa, is-Segretarjat għall-Edukazzjoni Nisranija b’konsultazzjoni mal-Assoċjazzjoni tal-Iskejjel tal-Knisja qal li ħa nota taż-żieda qawwija fil-każijiet ta’ Covid-19 irrappurtati llum mill-awtoritajiet tas-saħħa pubblika, bin-numri mistennija jibqgħu għoljin fil-jiem li ġejjin. 

Fid-dawl ta’ dan, ittieħdet id-deċiżjoni li għada l-Ħamis 7 ta’ Jannar u nhar il-Ġimgħa 8 ta’ Jannar, it-tagħlim fl-iskejjel tal-Knisja jsir online. Ingħad li dan jippermetti lill-iskejjel joffru edukazzjoni li tissalvagwardja s-saħħa u s-sigurtà tal-istudenti, membri tal-istaff u l-familji tagħhom.

Is-Segretarjat għall-Edukazzjoni Nisranija żied jgħid li din il-miżura tista’ tiġi estiża mill-inqas sa nhar l-Erbgħa 13 ta’ Jannar jekk ix-xejra tal-każijiet pożittivi tibqa’ għolja, bil-ġenituri se jkunu infurmati permezz tal-iskejjel rispettivi sa nhar il-Ħadd filgħaxija.

Aqra wkoll:

Share With: