Jaqbżu l-2000 persuna dawk li tlaqqmu biż-żewġ dożi kontra l-Covid-19

In-numru ta’ persuni li ħadu żewġ dożi tal-vaċċin kontra l-Covid-19 tela’ għal 2,095, wara li sal-bieraħ kienu ġew amministrati 23,512 doża.

Intant in-nurmu ta’ każi attivi tela’ għal 2,687 wara li minn 3,565 swab test li ttieħdu matul dawn l-aħħar 24 siegħa kien hemm 208 każ ġdid. Fl-istess waqt kien hemm 200 persuna li kienu rapportati bħala li rkupraw mill-virus.

Il-Ministeru għas-Saħħa informa wkoll li matul l-aħħar 24 siegħa kien hemm tliet pazjenti li mietu waqt li kienu pożittivi bil-Covid-19. Tnejn mill-pazjenti, anzjan ta’ 87 sena u anzjan ieħor ta’ 69 sena, mietu waqt li kienu qed jinżammu fl-Isptar Mater Dei. Dan filwaqt li anzjana ta’ 87 sena mietet waqt li kienet qed tinżamm fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex.

Share With: