Jindarab gravi f’argument f’San Pawl il-Baħar

Raġel indarab gravi wara li lbieraħ għall-ħabta tal-11:30 p.m kien involut f’argument fi Triq ix-Xtut f’San Pawl il-Baħar. Kif irċevew ir-rapport, il-Pulizija marru minnufih fil=post, iżda r-raġel irrppurtat midrub ma kienx hemm.

Ftit wara l-Pulizija ġiet infurmata li r-raġel kien qiegħed jingħata l-kura fiċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Mosta. Hemmhekk irriżulta li r-raġel; ta’ 40 sena kien ġie aggredit minn raġel u li allegatament kien sofra daqqa ta’ tazza wkoll.

Ir-raġel ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi u kellu jittieħed lejn l-Isptar Mater Dei għal aktar kura

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Share With: